Skemi piramidali
Fejn il-kummerċjant jistabbilixxi, jopera jew jippromwovi skema promozzjonali piramidali fejn konsumatur iħallas għall-opportunità li jirċievi kumpens derivat primarjament mill-introduzzjoni ta’ konsumaturi oħrajn fl-iskema minflok mill-bejgħ jew konsum ta’ prodotti.
Agħmel ħafna flus fil-ħin liberu tiegħek u mill-kumdità ta’ darek!!!
Introduċi ħamest iħbieb mal-benefiċċji tan-netwerk BambinoSports u tirċievi dan il-Beddy-bye Stroller esklussiv b'xejn! Aktar ma tintroduċi ħbieb fin-netwerk BambinoSports, aktar taqla' flus.
Termini u kondizzjonijiet:
1. Biex tidħol fin-netwerk ta’ BambinoSports trid tħallas pagament ta’ darba ta’ €10.00 bil-quddiem.
2. Ir-rimunerazzjoni kollha hija kondizzjonata skond in-numru ta’ membri ġodda li tintroduċi fin-netwerk.
Din hija b’mod ċar skema piramidali billi huwa rikjest pagament bil-quddiem ta’ €10.00 biex tidħol fiha u, prinċipalment, il-membri jirċievu konsiderazzjoni jekk jintroduċu membri ġodda.