Nasba: "Ditta ta’ fama tajba, jew forsi le?"
L-użu ta’ prodott li jixbah xi prodott magħmul minn manifattur b’tali mod li jqarraq bil-konsumatur li jemmen li l-prodott huwa magħmul minn dak l-istess manifattur meta ma jkunx.
Ġdid! Il-Blacksmith XD2
Din il-magna ta’ l-espresso ġdida u mtejba tuża l-filtri taż-Zennsio XD1 iżda tiswa daqs nofs il-mudelli Zennsio ta’ qabel.
Dan ir-riklam iqarraq għax jagħti l-impressjoni li l-Blacksmith XD2 hija ddisinjata biex tieħu post il-mudelli Zennsio XD ta’ qabel meta fil-fatt hija prodott kompletament differenti minn manifattur differenti. Ġieli l-kummerċjanti jqarrqu bil-konsumaturi billi joffru prodotti li jkunu ppakkjati b’mod li jagħtu “dehra u impressjoni” ġenerali ta’ manifattur magħruf kompetittiv.