X’TINKLUDI?

Mistoqsija li taħraq għall-konsumaturi bla dubju ta’ xejn ser tkun: “Kif nista’ ninduna meta prattika kummerċjali partikolari tkun żleali?” Id-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali tissimplifika t-tweġiba għal din il-mistoqsija. Xi prattiċi kummerċjali huma DEJJEM projbiti taħt id-Direttiva ma’ l-Unjoni Ewropea kollha waqt li l-legalità ta’ oħrajn tista’ tiġi determinata bl-applikazzjoni ta’ kriterji ċari u komuni. Din it-taqsima tipprovdi spjegazzjonijiet sempliċi tal-kriterji u ħafna eżempji.

Jekk daħku bik, taqtax qalbek! Hemm mekkaniżmi li jgħinuk issolvi tilwima ma’ kummerċjant – anki minn fruntiera għall-oħra.